Monday, April 29, 2024

Id-dokument tal-budget ippreżentat lill-President

Aqra wkoll

Wara li aktar kmieni waranofsinhar ltaqa’ mal-ġurnalisti u tahom ħjiel ta’ x’se jkun fih il-budget 2023, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana mar lejn il-Palazz ta’ San Anton.

Hemmhekk, akkumpanjat mill-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia huwa ppreżenta d-dokument tal-budget lill-President tar-Repubblika George Vella skont kif titlob il-kostituzzjoni bħala l-kap tal-istat.

Id-dokument ġie approvat mill-President u minn hemmhekk, il-Ministru Caruana ħalla l-Palazz biex imur lejn il-Parlament fejn il-ħin li ġej se jkun qiegħed jaqrah fid-dettalji kollha tiegħu.

Sport