Il-Pulizija Żvediża qiegħda tinvestiga dwar każ ta’ attakk vjolenti fi skola sekondarja f’Malmo li fih tilfu ħajjithom żewġ nisa.
Għalkemm għadu mhux magħruf il-motiv wara dan l-attakk, student ta’ 18-il sena jinsab arrestat b’suspett ta’ qtil. Skont rapporti fil-midja Żvediża, iż-żagħżugħ nstab armat b’sikkina u mannara. Minkejja dan il-Pulizija se tkun qiegħda tikkonferma aktar dettalji f’konferenza tal-aħbarijiet fil-ħin li ġej.
Iż-żewġ nisa li għandhom madwar 50 sena ttieħdu fi sptar viċin b’urġenza iżda sfortunatament mietu ftit tal-ħin wara kawża tal-ġrieħi serji li sofrew.
L-uffiċjali tal-pulizija evakwaw il-post u daru l-iskola kollha minħabba tħassib ta’ aggressuri oħra. Minkejja dan it-tfittxija rriżultat fin-negattiv wara sigħat ta’ tfittxija.