Tuesday, May 14, 2024

L-ebda indikazzjoni ta’ ħajja… x’aktarx li l-pilota ntilef minn sensih waqt l-inżul

Aqra wkoll

Skont esperta tal-avjazzjoni, Sally Gethin, jista’ jagħti l-każ li l-pilota li kien qed isuq l-ajruplan Ċiniż tal-bieraħ, intilef minn sensih waqt li kien nieżel l-ajruplan u ma laħaqx prevena milli jseħħ it-tiġrif. Hija saħqet li “Għadu kmieni wisq biex nispekulaw dwar x’wassal għat-tiġrif, però xi wħud mill-possibiltajiet jistgħu jkunu dawn: it-temp, jew għadd ta’ fatturi li setgħu jaffettwaw l-ajruplan bħal xi nar abbord. Minkejja dan, il-kawża għat-tiġrif tal-ajruplan — dan it-tiġrif hu meqjus bħala l-ikbar diżastru tal-avjazzjoni Ċiniża f’dawn l-aħħar għaxar snin — għadha mhix stabbilita.

Gethin żiedet tgħid li hija stramba illi l-kopilota jkollu ferm iżjed esperjenza milli jkollu l-pilota. 

Wara li ġġarraf l-ajruplan, bdiet it-tfittxija neċessarja flimkien ma’ missjoni għas-salvataġġ. Iktar kmieni dalgħodu l-awtoritajiet Ċiniżi ddikjaraw li “L-fdalijiet tal-ajruplan instabu fuq il-post tax-xena, però ma nstabux passiġġieri ħajjin”. Skont l-awtoritajiet tal-ajru Ċiniżi (CAAC), in-numru korrett tal-persuni abbord huwa 132 persuna, mhux 133, u 123 minnhom huma passiġġieri. 

Sport