Saturday, November 23, 2024

Il-Pulizijja twissi dwar telefonati qarrieqa

Aqra wkoll

Il-Pulizija qiegħda twissi dwar telefonati li jistgħu jkunu qegħdin isiru minn numri lokali u dak li jkun jgħid li qed iċempel minn Dipartiment bħad-Dipartiment tat-Taxxa Interna. 

Spjegat li hemm min qed jipprova jqarraq billi jgħid li d-dipartiment qiegħda jħallas rifużjonijiet tat-taxxi jew inkella pagamenti relatati mal-COVID-19, bl-intenzjoni li jikseb id-dettalji personali tal-kont tal-bank ta’ dawk li jwieġbu t-telefon. 

Il-Pulizija talbet biex jinxtered dan il-messaġġ ħalli ma jkunx hemm min jaqa’ għal din in-nasba. 

Sport