Wednesday, July 24, 2024

Il-Punent inkluż l-UE – Oqbra Mbajda

Aqra wkoll

Din faċli li wieħed jarah meta jħares x’qed jagħmlu dawn il-pajjiżi fil-ġlied li kien hemm u għadu għaddej bejn l-Israjel u l-Palestinjani.  Il-Punent kull ma jrid hu li l-Iżrael ikompli jiddomina dawn in-naħat.  Dan għaliex l-Israel hu favur il-Punent u qed jaqdieh. L-isfortuna hi li llum x’qed jiġri f’dawn il-pajjiżi ma tantx jissemmew – kważi xejn. Qiesu l-ġlied u terrur fuq il-Palestinjani spiċċa! 

Insemmi ftit affarijiet li ġraw u qed jiġru f’dan il-qasam.  Nibdew b’Gaża.  Jekk nieħdu l-UE u anki l-Istati Uniti, dawn jissapportjaw u lesti li jgħinu lill-Israel jiddomina lill-Gaża u jkompli jkeċċi lill-Palestinjani minn pajjiżhom.  Dan qed jagħmluh billi jipporvdu l-armi kollha li għandha bżonn Iżrael biex tkompli dan.  Barra minhekk qed jopponu li l-Palestinjani għadu jkollhom pajjiżhom.  Peress li l-qtil ta’ nies f’Gaża kien wieħed qawwi, ħafna aktar minn tal-Ukranja għax ilaħħaq aktar minn 33,000 persuna, ħafna minnhom nisa u tfal, biex ma jidhrux koroh qed jagħmlu żewġ affarijiet.  

L-ewwel naraw mill-aħbarijiet.  Bħalissa qiesu mhu qed jiġri xejn f’Gaża għaliex l-aħbarijiet m’għadhomx interessati u m’huma jsemmu xejn.  Barra l-fatt li l-ġlied għadu għaddej, bħalissa hemm ħafna affarijiet li qed isiru, imma ma jissemmewx.  Insemmi tnejn.  Gruppi Iżraeljani qed jippressaw b’theddid lill-Palestinjani fuq in-naħa ta’ fuq biex idabbru rashom u jitilqu minn hemm biex l-Iżraeljani jokkupawh huma.  Bara dan hemm eluf ta’ Palestinjani li spiċċaw il-ħabs mingħajr akkużi.  Mhux talli hekk, hemm rapporti li fost dawn kien hemm imwiet fosthom nies li jidher li qabel ma mietu kienu ġew imsawta u anki ma ingħatawx il-mediċini li kellhom bżonn.  Fosthom hemm Dr Adbab Al-Bursh li kien il-kap tas-sezzjoni ortopedika f’isptar Al Shifa, l-akbar sptar ġeww Gaża.

Jekk nieħdu l-isports u anki affarijiet oħra, fosthom il-Eurovision insibu li filwaqt li r-Russi qed jiġu ristretti milli jkomplu jieħdu sehem, ma l-Iżrael ma jsir xejn.  Qiesu l-Iżrael mhu qed jagħmel l-ebda ħsara lin-nies Palestinjani komuni.  Issa ħalliha li il-ħsara li l-Iżrael għamel fuq in-nies f’Gaża hi ħafna akbar milli r-Russi għamlu ġo l-Ukranja.  Li kieku kienu onesti, kienu jittrattaw lill-Iżrael bħal ma qed jittrattaw lir-Russi għalkemm jien nemmen li l-Paċi inġibuha biss jekk min qed jiġġieled jitkellmu ma xulxin.

Insemmi ħaġa oħra.  Din id-darba fuq l-Iran.  Il-kwistjoni li hemm bejn il-punent u l-Iran hi għaliex dan il-pajjiż kien qed jaħdem biex ikollu bombi nukleari.  Li jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-armi nukleari mhix ħażina.  Imma biex tkun ġusta, din tkun trid tapplika għal kulħadd l-istess.  Mhux talli ma taplikax għal pajjiżi tal-Punent u Russja għax ħadd minnhom ma naqqas dawn l-armi, imma kien hemm pajjiżi oħra f’istess sezzjoni tad-dinja li ħadmu u kiesbu l-bombi nukleari u ħadd la tkellem kontrihom u lanqas ħa passi kontrihom.  Fosthom hemm l-Iżrael, il-Pakistan u l-Indja.  Imma għal dawn ma jimpurtax.

Nieħdu l-protesti.  Bħalissa hemm protesti qawwijja li qed isiru biex tieqaf il-gwerra f’Gaża sew fl-Amerika u sew fl-Ingilterra.  Dawn qed jipprotestaw biex il-gvernijiet tagħhom jieħdu passi biex tieqaf din il-gwerra li qed iġġib ħafna qtil ta’ nies komuni.  Qed jagħmlu hekk għax il-gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi barra li għandhom influwenza kbira biex iwaqqfu din il-gwerra m’huma jagħmlu xejn biex ma jkomplux jinqatlu l-Palestinjani u dawn jerġgħu jingħataw pajjiżhom lura.  Imma minflok il-gvernijiet ta’ dawn il-pajjiżi qed jisimgħu lill-poplu tagħhom, qed jgħamlu kull sforz biex iwaqqfu dawn il-protesti.  Ir-riżultat diġa’ qed jidher fl-Ingilterra għaliex l-akbar żewġ partiti, il-konservattivi u l-labour jidher li naqqsu is-support tagħhom fl-elezzjonijiet reġġjonali ta’ dawn l-aħħar.  Dan għaliex in-nies PAĊI jridu u la armi, la gwerrer u lanqas poter.

Imma hemm ipokrezija oħra aktar serja.  Peress li riżultat tal-ġlied li hemm f’Gaża, in-nies u speċjalment tfal mhux qed ikollhom x’jieklu u sezzjoni mhux żgħira qed imutu bil-ġuħ, il-pajjiżi tal-Punent qed jibgħatu l-ikel għan-nies ta’ Gaża.  Imma fl’istess ħin, l-ebda pajjiż minnhom ma naqqas li jkompli jibgħat l-armi lill-Iżrael.  Hi ipokrezija għaliex filwaqt li qed nibgħat l-ikel biex in-nies ma jmutux bil-ġuħ, qed inkompli nibgħat l-armi lill-min qed joqtolhom permezz tas-suldati tiegħu.  Għalhekk dawn il-pajjiżi huma oqbra mbajda.  

Ekonomija

Sport