Thursday, November 7, 2024

“Il-qawmien Tiegħu jistedinna nfittxu lil Ġesù kull fejn hemm il-ħajja, u mhux fejn hemm il-mewt”

Aqra wkoll

Il-Vġili Solenni tal-Qawmien tal-Mulej mill-Imwiet, li mexxa lbieraħ filgħaxija l-Arċisqof Charles Jude Scicluna fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

Fl-omelija, l-Arċisqof qal li l-qawmien ta’ Kristu jistedinna nfittxu lil Ġesù kull fejn hemm il-ħajja, u mhux fejn hemm il-mewt. Spjega li “mhux biss nieqfu nħarsu lejn fejn hemm biss il-mewt imma niftakru li l-kelma tiegħu ssir memorja ħajja fil-ħajja u x-xhieda tagħna”. Huwa talab lill-Mulej sabiex waqt li llum nawguraw l-Għid it-tajjeb lil xulxin, “il-ħarsa tagħna ma tibqax tfittex f’ħajjitna l-katavri tad-dnub, tal-inġustizzja, tal-korruzzjoni spiritwali u fiżika, imma tfittex il-fwieħa tal-maħfra, il-grazzja u l-paċi”.

Fil-lejl ta’ Sibt il-Għid, l-Arċisqof Scicluna għammed erbatax-il adult li permezz tas‑Sagramenti tad‑Dħul fil‑Ħajja Nisranija (magħmudija, griżma u tqarbin), saru membri tal‑Knisja Kattolika. L-Insara l-ġodda huma minn Malta, iċ‑Ċina, il‑Kosta tal‑Avorju, il‑Portugall, ir‑Repubblika Ċeka, ir‑Russja, il‑Libja, il‑Kuwajt, in‑Nepal u l‑Albanija.

Sport