Tuesday, September 24, 2024

Il-Qorti b’ordni biex jiġu ffriżati l-assi kollha ta’ Keith Schembri u Brian Tonna fost oħrajn

Aqra wkoll

Il-Qorti ħarġet ordni għall-iffriżar tal-assi kollha tal-eks-Chief of Staff Keith Schembri, tal-kumpaniji tiegħu u martu, u Brian Tonna u Karl Cini ta’ Nexia BT, fost persuni oħrajn.

L-ordni nħarġet mill-Imħallef Edwina Grima fuq talba li saret mill-Avukat Ġenerali.

Il-Qorti qablet mat-talba tal-Avukat Ġenerali li hemm suspett raġjonevoli li l-persuni msemmijin fl-applikazzjoni jistgħu jinstabu ħatja ta’ ħasil ta’ flus skont il-kapitlu 373 tal-Liġi ta’ Malta.

L-applikazzjoni tal-Avukat Ġenerali kienet sottomessa jiem wara li ġiet fi tmiemha inkjesta maġisterjali dwar jekk l-eks-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri kienx irċieva flus minn bejgħ ta’ passaporti.

L-Avukat Ġenerali pprojbixxa l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-inkjesta.

Sport