Tuesday, November 26, 2024

Il-Qorti Franċiża tiċħad appell biex siti pornografiċi jkollhom aċċess aktar ristrett

Aqra wkoll

Matul il-jum tal-Ġimgħa, il-Qorti Franċiża ma laqgħetx talba ta’ żewġ assoċjazzjonijiet li jaħdmu fis-settur tat-tfal biex siti pornografiċi jkollhom aċċess aktar ristrett u sigur.

E-Enfance u La Voix de l’Enfant, iż-żewġ assoċjazzjonijiet li ressqu dan l-ilment saħqu li l-aċċess huwa wieħed faċli wisq. “Preżentament, is-siti jitolbu biss li timmirka kaxxa fejn tikkonferma li inti għandek aktar minn 18-il sena,” ipprotestaw iż-żewġ għaqdiet.

Sport