Thursday, December 26, 2024

“Il-Qorti jaslu biss każi ta’ vittmi ta’ esplojtazzjoni iżda qatt min jorganizza l-vjaġġ klandestin” – Maġistrat

Aqra wkoll

Dalgħodu fil-Qorti ta’ Malta quddiem il-Maġistrat Joe Mifsud, tressqu żewġ addoloxxenti ta’ 16-il sena akkużati li kienu fil-pussess ta’ passaporti u dokumenti oħrajn iffalsifikati.

Iż-żewġ minuri Sudaniżi li fuq isimhom il-Qorti ordnat divjett kienu akkumpanjati minn social worker AWAS u ġew ikkundannati 3 xhur priġunerija kull wieħed. Il-Qorti ordant li jiskontawhom fil-faċilità korrettiva taż-żgħażagħ fl-Imtaħleb.

Il-Maġistrat Joe Mifsud fis-sentenza tiegħu kkummenta kif fi kwalunkwe għassa dawn il-każi huma komuni ħafna. Huwa nnota kif quddiem il-Qorti jittressqu biss vittmi ta’ esplojtazzjoni u ta’ migrazzjoni llegali, “iżda qatt ma jkunu mressqa min jorganizza l-vjaġġ klandestin.”

Kompla jgħid li huwa evidenti li f’pajjiżna hawn aktar minn organizzazzjoni waħda li taħdem id f’id ma’ oħrajn fil-kontinent Afrikan biex ikunu jistgħu jsiru dawn il-vjaġġi. “L-industrija tal-immigrazzjoni minbarra li qed tħalli eluf ta’ vittmi fuq l-art u l-baħar, qed tagħmel miljuni ta’ flus.”

Ekonomija

Sport