Wednesday, July 24, 2024

“Il-Qorti mhux se titmexxa minn nofs tużżana li jridu jagħmlu ħsara lill-pajjiż”

Il-Qorti tiċħad talba tal-Oppożizzjoni b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet

Aqra wkoll

Il-Qorti dalgħodu ċaħdet talba tal-Oppożizzjoni f’kawża li kienet fetħet b’rabta mal-konċessjoni tal-isptarijiet. Huma talbu biex tiġi esebita kopja tal-inkjesta li saret mill-Maġistrat Gabriella Vella.

L-Imħallef Toni Abela fid-deċiżjoni fis-sentenza tiegħu qal li l-Qorti tinsab ddispjaċuta mmens li l-inkjesta sensittiva bħalma hi dik tal-isptarijiet qed tintuża minn nofs tużżana biex jagħmlu l-ħsara filwaqt li jkebbsu n-nar u jagħmlu ħsara lil pajjiżna. L-Imħallef Abela qal li mhu se jħalli lill-ebda midja tmexxi lill-Qorti minn imneħirha.

Ekonomija

Sport