Sunday, December 22, 2024

Il-Qorti Suprema tgħid li Trump għandu jitħalla jikkontesta l-elezzjoni

Aqra wkoll

Il-kwistjoni marbuta ma’ Donald Trump u jekk għandux jitħalla jikkontesta fl-elezzjoni fl-Istat ta’ Colorado kellha żvolta fl-aħħar sigħat. Dan hekk kif il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ddikjarat li isem l-eks President Amerikan Donald Trump għandu jitħalla jitniżżel fuq il-lista ta’ kandidati għall-Istat ta’ Colorado. 

Dwar dan kien sar dibattitu sħiħ fejn kienu diversi dawk li qalu li akkużaw lil Trump li kiser il-liġi. Immedjatament Donald Trump iddeskiva din id-deċiżjoni bħala “rebħa għall-Amerika”.

Din id-deċiżjoni ma taffettwx erba’ każi kriminali oħra fil-konfront ta’ l-eks President Donald Trump, li kollha kemm huma b’xi mod għandhom x’jaqsmu mal-aġir ta’ Trump fir-rigward tal-irvellijiet li kien seħħew fil-bidu ta’ Jannar tas-sena 2021.

Il-Qorti Suprema iddikjarat li l-Istati rispettivi ma jistgħux jiddeċiedu b’mod unilaterali li jitneħħa uffiċjal federali mil-lista tal-kandidati, mingħajr ma tittieħed deċiżjoni f’dan is-sens mill-Kungress.

Ekonomija

Sport