Quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello dalgħodu kompliet tinstema’ l-kumpilazzjoni fil-konfront ta’ Yorgen Fenech, li qed jiġi akkużat b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Qorti ħarġet digriet fejn laqgħet it-talba tad-difiża biex jinħatar psikjatra biex jevalwa lil Melvin Theuma, ir-raġel deskritt bħala l-middle-man fil-qtil.
Il-Qorti ħatret lil Dr Joe Cassar biex jeżamina l-istat mentali ta’ Theuma.