Friday, May 17, 2024

HSBC Malta jaġixxi biex itaffi l-effetti ta’ kjuwijiet soċjalment distanzjati

Aqra wkoll

HSBC Malta, bl-appoġġ tal-Kunsilli Lokali, kiseb l-permessi meħtieġa biex jibdew jitwaqqfu strutturi temporanji li jipprovdu dell mix-xemx, u fejn dan mhux possibbli, il-bank se jkun qed jipprovdi lill-klijenti bl-umbrelel tax-xemx waqt li jkunu fil-kju barra mill-fergħat. Dawn il-miżuri huma mmirati biex jgħinu lill-anzjani u lill-membri l-aktar vulnerabbli tal-komunità li, minħabba l-impatt tal-miżuri ta’ distanza soċjali, huma xi drabi obbligati li jistennew fil-kju barra. Il-bank se jkun qed jipprovdi wkoll wipes anti-batterjali lil dawk il-klijenti kollha li jagħmlu użu mill-umbrelel.

Crawford Prentice, Kap tal-Wealth u Personal Banking ma’ HSBC Malta, qal: “In-numru ta’ nies li jistgħu jitħallew jidħlu fil-fergħat tagħna jibqa’ ristrett minħabba l-imxija ta’ Covid-19 u, sfortunatament, dan ifisser li xi drabi xi klijenti jkollhom jistennew barra. Nifhmu kemm dan jista’ jkun ta’ skumdita’ fis-sħana tas-sajf, speċjalment għall-anzjani u dawk vulnerabbli, u għalhekk ħdimna biex niksbu l-permessi neċċessarji biex inwaqqfu dell temporanju u niżguraw li nistgħu nipprovdu dell bl-umbrelel. Sar progress sinifikanti u diġà ttellaw xi tined.”

Din mhux l-ewwel inizjattiva mill-bank biex itaffi l-kjuwijiet. Fil-fatt, il-bank nieda wkoll programm maħsub apposta fejn impjegati ta’ HSBC lebsin flokk aħmar bil-kliem “Here to Help” ikunu fiż-żona tas-self-service ta’ kull fergħa bil-ħsieb li jassistu u jgħinu b’mod attiv lill-klijenti fl-użu tal-ATMs u l-magni tad-depożiti. Din l-inizjattiva qed turi li hi ferm popolari mal-klijenti u tikkontribwixxi biex tagħmel is-servizzi bankarji aktar faċli u konvenjenti, filwaqt li toffri alternattivi mis-servizz bankarji tradizzjonalment marbuta mal-fergħa.

Barra minn hekk, HSBC qed jinkoraġġixxi kontinwament lill-klijenti biex jużaw metodi bankarji diġitali alternattivi u sa mill-bidu tal-imxija l-bank żied l-isforzi edukattivi tiegħu, u pproduċa numru ta’ vidjows ta’ tagħrif immirati biex jinkoraġġixxu l-użu ta’ servizzi bankarji diġitali. Il-vidjows, li jinsabu hawn: https://www.hsbc.com.mt/ways-to-bank, juru pass pass kemm hu faċli biex wieħed juża ATM biex jiġbed jew jiddepożita l-flus u ċekkijiet. Il-kampanja tispjega wkoll kif il-klijenti jistgħu jirreġistraw għall-Internet Banking sabiex jimmaniġġjaw il-finanzi tagħhom onlajn kif ukoll jagħmlu kwalunkwe ħlas ta’ kontijiet tad-dawl u ilma, assigurazzjoni u spejjeż okkażjonali oħra direttament mill-kumdità tad-dar tagħhom.

“HSBC japprezza li l-bidla tista’ tkun diffiċli iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti tassew tagħmel sens għan-nies li jużaw alternattivi diġitali kif ukoll ATMs u magni tad-depożiti. Meta jagħmlu dan, il-klijenti jkunu qed jevitaw is-sħana u jgħinu biex inżommu l-komunità sikura. Filwaqt li se nkomplu nipprovdu kull għajnuna possibbli lill-klijenti li jżuru l-fergħat tagħna, nixtieq inħeġġeġ lil kull min jista’ jkollu bżonn għajnuna jew pariri dwar kif jista’ juża s-servizzi diġitali tagħna biex ikellem lil kwalunkwe membru tal-istaff, speċjalment dawk libsin bil-flokk ‘Here to help’,” appella Prentice.

Sport