Il-Qorti tal-Appell ippreseduta mill-Prim Imħallef Mark Chetcuti dalgħodu wara 22 sena għalqet il-kapitlu “Ħondoq ir-Rummien” wara li kkonfermat deċiżjoni tat-Tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar.
F’din id-deċiżjoni t-Tribunal ma kienx approva l-applikazzjoni għal bini ta’ lukanda, yacht marina u villaġġ turistiku fil-bajja tal-Ħondoq, fil-Qala Għawdex.
Fl-2016 l-Awtorità tal-Ippjanar ma kinitx approvat permess li kien sar minn Gozo Prestige Hotels.
L-iżvilupp kien se jkun mifrux fuq medda ta’ 103,000 metru kwadru, u kienu se jinbnew 25 villa, 60 appartament, u 200 proprjetajiet oħra, flimkien ma’ lukanda u faċilitajiet oħra.
Kien is-Sindku tal-Qala Paul Buttigieg li ħadet mill-bidu nett biex dan il-proġett ta’ Ħondoq ir-Rummien ma jsir.
Il-Prim Ministru Robert Abela u anke l-Ministru għal Għawdex laqgħu din id-deċiżjoni.