Monday, May 13, 2024

TTD tan-Nisa: L-Istati Uniti miżmuma iżda xorta jgħaddu mal-Aħħar 16

Aqra wkoll

Stati Uniti …….0

Portugall ………0

Iċ-champions renjanti l-Istati Uniti kellhom jitħabtu biex ikkwalifikaw mal-Aħħar 16 meta temmew fi draw ta’ mingħajr goals kontra l-Portugall. 

Min-naħa ta’ dawn tal-aħħar kienu millimetri bogħod milli joħolqu s-sorpriża tat-tournament hekk kif, fil-91 minuta, Ana Capeta ġiet imċaħħda mil-lasta. 

Jekk forsi s-suffara finali kienet ta’ serħan il-moħħ għall-Amerikani, huma jinsabu ferm ‘il bogħod mill-forma li biha rebħu l-aħħar żewġ edizzjonijiet ta’ din il-kompetizzjoni. 

U biex l-affarijiet ikomplu sejrin ħażin għalihom, il-midfielder Rose Lavelle, se titlef il-partita li jmiss minħabba li rċeviet it-tieni karta safra. 

Sport