Saturday, December 21, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma li ħames tobba mhumiex ħajta ta’ qtil involontarju ta’ tifla ta’ sentejn

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell preseduta mill-Imħallef Edwina Grima ikkonfemrat l-ewwel sentenza li ngħatat lil  ħames tobba, li kineu ġew illiberati minn kull akkuża ta’ qtil involontarju ta’ tifla ta’ sentejn, każ li jmu lura għal Frar tal-2011.

Fis-smigħ tas-sentenza, b’kollox kien hemmm seba’ tobba li ma nstabux ħatja li kkaġunaw il-mewt ta’ tifla ta’ sentejn li mietet bil-menenġite. Min-naħa tiegħu wara li ġiet konkluża s-senenza, l-Avukat Ġenerali kien ressaq appell fuq ħames tobba, liema talba talbet sabiex ma jiġi mxandar l-ebda isem ta’ tabib.Min-naħa tiegħu, il-Professur Anthony Busuttil kien ikkonkluda fil-Qorti li l-istess tobba kienu taw il-kura kollha meħtieġa u qies dan il-każ bħala wieħed sfortunat. 

Fil-Qorti ingħad kif il-każ beda meta t-tifla kellha sintomi ta’ deni u remettar. Il-ġenituri ħaduha fi sptar privat, iżda wara t-tobba tal-Isptar privat qalulha li t-tifla trid tingħata l-kura mill-Isptar Mater Dei. Malli wassluha l-Isptar Mater Dei, bdew isirulha xi eżamijiet inħatat xi mediċina wkoll.  

L-għada, it-tifla ġiet eżaminata minn tabib, li nnotta likienet tinsab aħjar, fosthom minħabba li bdiet tirremetti inqas minn qabel. Huwa nnota li kellha griżmejha u widnejha nfettati. 

Dakinhar li t-tifla tilfet ħajjitha, ratha tabiba u din qalet li t-tifla kienet tinsab għajjiena ħafna u li d-deni baqa’ persistenti. Erba’ sigħat wara, it-tabiba reġgħet eżaminata minħabba li ma kienx hemm polz. Min-naħa tat-tobba għamlu kul ttentattiv sabix isalvaw il-ħajjet it-tifla, iżda kollox kien għalxejn. 

It-tabib forensiku Mario Scerri, li ġie maħtur fl-inkjesta maġisterjali kkonkluda li t-tifla mietet għax ma saruliex testijiet biżżejjed tal-meninġite. Minn eżamijiet tal-virologu Dr Christopher Barbara ġie affermat li t-tifla mietet bil-meninġite.

Min-naħa tagħhom, it-tobba ċaħdu li ttraskuraw saħħet it-tifla. Huma qalu li kemm damet l-isptar qatt ma sabu xi sintomu speċifiku li seta’ jqanqal suspett ta’ meninġite jew  li għandhom isiru iktar testijiet. 

L-Imħallef Edwina Grima, qalet li ma sabet ebda nuqqas mit-tobba, filwaqt li żiedet tgħid li minkejja li t-tifla kienet taħt kura medika kontinwa, is-sintomi żgwidaw lit-tobba. Sostniet li dan ma jfissirx lit-tobba naqsu minn dmirhom. Għaldaqstant hija kkonfermat l-ewwel sentenza u illiberat lill-imputati.

Għat-tobba dehru l-avukati Michael Sciriha, Lucio Sciriha, Joe Giuglio.

Ekonomija

Sport