Friday, May 3, 2024

Il-Qorti tal-Appell tikkonferma ordni ta’ probation għal carer li mess tfajliet minorenni

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ tliet snin probation u multa ta’ €8,000 fil-konfront ta’ Norman Bugeja ta’ 63 sena wara li l-Qorti sabitu ħati li sitt snin ilu, mess erba’ tfajliet minorenni u li talabhom pjaċirri sesswali.

Fil-Qorti ġie spjegat li lura għall-2022, Bugeja, kien jaħdem bħala care worker f’dar residenjali, u li f’dik is-sena ma kienx instab ħati fuq akkużi relatati wkoll. ma’ abbuż.

Intant, il-Qorti tal-Appell anzalizzat xi provi mressqa li jinkludu li fl-2018, il-Pulizija rċeviet rapport mingħand żewġ tfajliet, li spjegaw li qed jerperjezaw fastidju sesswali fil-post ta’ fejn kienu qed jgħixu.

Mill-investigazzjoni tal-Pulizija ħareġ li żewġ tfajliet oħra qalu l-istess raġel kien qed jiffastidjahom. L-ewwel żewġ vittmi xehdu permezz tal-video conferencing, fejn spjegaw li fir-residenza fejn seħħ l-inċident ma kienux tfajliet biss, iżda li kien hemm ukoll xi ġuvintur.

Xhud minnhom spejat fid-dettall, dak li kienet tgħaddi minnu meta l-akkużat kien ikun xogħol. Hija spjegat kif l-carer kien imur fil-kamra tagħha flgħodu kmieni ħafna u li kien joffrilha €50 għal pjaċiri sesswali. Spjegat ukol li kien iqajjimha u jgħidilha biex issegwih u li kien ixejjer il-karta tal-€50, jgħid xi ħaġa u jurini l-parti tiegħu.

Fil-Qorti, xehdet ukoll vittma oħra, li spjegat kif minn mindu daħlet fir-residenza, Bugeja ma’ kienx qed jitrattaha sew u li darba minnhom daħal fil-kamra tagħha biex jipprova jikkonvinċiha sabiex torqod miegħu u li jekk se tagħmel hekk kien se jtiha €20

Fl-appell li tressaq mill-akkużat stess, l-akkużart innifsu qal li t-tfajliet kienu jkellmuh bis-sinjali u għalhekk diffiċli li wieħed jemmen li kien jagħmel dawn it-talbiet bis-sinjali.

Meta qieset il-provi, il-Qorti tal-Appell qalet li m’hemm ebda dubju mill-piena tal-ewwel qorti. Qalet li ma hemm l-ebda raġuni għala l-piena għandha tibdel. Għaldaqstant huwa ngħata probation għal tliet snin u multa ta’ €8,000.

Il-Qorti ordnat divjett fuq ismijiet tal-vittmi u tal-post fejn seħħ il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport