Wednesday, July 24, 2024

Il-Qorti tal-Appell tordna li Elliott Paul Busuttil jerġa’ jingħata s-sentenza

Aqra wkoll

Il-Qorti tal-Appell ordnat li terġa’ tingħata s-sentenza lil Elliot Paul Busuttil, ir-raġel ta’ 39 sena li kien ammetta li qatel lil Mario Farrugia.

Busuttil kien intbagħat 42 sena ħabs u mmultat €70,000 wara li fi Frar li għadda ammetta li wettaq id-delitt fl-2022 u li sentejn qabel f’Ta’ Qali, ipprova joqtol lil Emil Marinov, Bulgaru ta’ 57 sena.

Kien fi Frar li għadda meta Busuttil ammetta għall-akkużi minflok għadda ġuri. Permezz tal-Avukati tiegħu, huwa appella mis-sentenza ta’ 42 sena ħabs, fejn argumenta li din ma kinitx tirrifletti s-sens ta’ ġustizzja. 

Ekonomija

Sport