Monday, July 15, 2024

L-IMPORTANZA TAT-TIĠDID TAL-ĦILIET TAL-ĦADDIEMA

Aqra wkoll

F’ekonomija li kontinwament qiegħda tinbidel u tiddiversifika, l-importanza tat-tiġdid talħiliet tal-ħaddiema hi kruċjali. Dan it-tiġdid fil-ħiliet huwa importanti
anke għall-istudenti biex dawn ikunu ppreparati meta jiġu biex
jidħlu fid-dinja tax-xogħol.

Qed nitkellmu fost oħrajn dwar il-ħiliet diġitali u l-ekonomija ekoloġika biex tħejji ż-żgħażagħ għall-futur ta’ pajjiżna. Dan is-suġġett kien ukoll fiċċentru tad-diskussjoni tal-MCESD fejn saret referenza għall-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Ħiliet, li hi meqjusa bħala pass kruċjali lejn il-preparazzjoni tas-suq tax-xogħol
tagħna għal sfidi futuri.

Illum il-ġurnata spiċċa dak iż-żmien fejn ħaddiem kien jidħol f’impjieg u jibqa’ sal-eta’ tal-pensjoni fl-istess impjieg. Għalhekk, ilħtieġa ta’ taħriġ fil-ħiliet u anki
f’ħiliet ġodda tal-impjegati hi kruċjali biex il-ħaddiem Malti jkun jista jilqa’ għal dawn il-bidliet u jlaħħaq mal-progress li qed isir.

L-intelliġenza artifiċjali, anki jekk kemmxejn perikoluża u dubjuża, għandha rwol importanti f’dan kollu. Dan joħroġ mill-fatt li l-intelligenza artifiċjali, jekk użata tajjeb, tista’ tkun ta’ opportunità biex innatura tax-xogħol, u l-mod kif jinħadem isir iktar faċiltat.

Nemmnu li f’kull ħaġa, il-bidla saret parti minn ħajjitna u li ħadd mhu se jwaqqaf il-progress. Lagħar huwa jekk il-progress inħalluh jinbidel f’rigress. Għalhekk ilħtieġa li s-sistema edukattiva tadatta ruħha biex tibqa’ għaddejja tul il-ħajja, irrispettivament mill-età tal-individwu.

Il-ħtieġa li nibqgħu nitgħallmu hi fundamentali f’dan kollu u l-benefiċċji li jħalli huma kbar tant li jwassal ukoll għall-progress fil-karrieri. Dan juri li kien hemm qabża flgħażliet għax-xogħol li llum qed jagħmlu n-nies fejn il-karrieri aktar qed ikunu kkonċentrati fuq it-teknoloġija.

Fil-fehma tagħna dan iċċaqlieq jawgura tajjeb biex iktar Maltin jidħlu għal impjiegi ġodda u b’hekk tonqos id-dipendenza fuq ħaddiema barranin f’ċertu setturi li jirrekjedu ħiliet avvanzati.

Minbarra hekk, f’aspetti oħra tad-dinja tax-xogħol, nemmnu li rridu nkomplu nagħfsu aktar fuq ittagħlim tal-ilsna, li jservuna ta’ mezz ta’ komunikazzjoni li tant
għandna bżonn biex inkomplu nattiraw investiment barrani ġdid.

Quddiem dan kollu, il-ħiliet tal-ħaddiema jeħtieġ li jkomplu jitjiebu u jissaħħu aktar. Biex dan iseħħ irid ikun hemm l-impenn u r-rieda li dak li jkun ikompli jitgħallem u javvanza aktar ‘il quddiem fil-karriera tiegħu.

Huwa b’dan il-mod li nistgħu nilqgħu għall-isfidi kollha li qed niffaċċjaw fid-dinja
tax-xogħol.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport