Saturday, October 26, 2024

Il-Qorti tiċħad il-ħelsien mill-arrest lil Petroni

Aqra wkoll

Karl Vella Petroni ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest hekk kif illum kompliet il-kumpilazzjoni ta’ evidenza kontrih. Petroni qed jiġi akkużat bi qtil involontarju ta’ żewġ persuni li mietu f’inċident tat-traffiku fis-6 ta’ Mejju li għadda.
Il-vittmi huma Pakistani ta’ 42 u 33 sena, u l-inċident seħħ il-Mosta.

Illum fil-Qorti nstemgħu x-xhieda tat-tabib tal-Emerġenza Michael Spiteri fejn qal li sab wieħed mill-vittmi f’għalqa u l-ieħor fuq il-bankina. Qal li r-raġel li kien fuq il-bankina beda jingħata d-demm, iżda qalu kienet laħqet waqfet tħabbat.

Xehed ukoll il-Kuntistabbli David Mizzi li hu stazzjonat fl-Għassa tal-Mosta fejn sostna li Karl Vella Petroni qal lill-pulizija li kien hu sid il-karozza u kien f’dan il-ħin li xamm riħa qawwija ta’ xorb.

L-avukat difensur Charles Mercieca qal li Karl Vella Petroni kien għamel appuntament ma’ psikologu u anke mal-Caritas u kien lest li jibda jingħata l-għajnuna.

Il-Qorti minkejja t-talba biex jingħata l-ħelsien mill-arrest qalet li f’dan l-istadju, l-akkużat għandu jibqa’ jinżamm arrestat.

Sport