Monday, April 29, 2024

Mercury Towers se jinfetħu f’Settembru ta’ din is-sena

Aqra wkoll

Mercury Towers se jkun qiegħed jiftaħ il-bibien tiegħu għax-xiri, ikel u anke divertiment f’Settmebru li ġej.

It-torrijiet jinsabu fil-qalba ta’ San Ġiljan fejn ġew iddisinjati minn waħda mill-aqwa periti, Zaha Hadid. Permezz ta’ Mercury Towers qed issir riġenerazzjoni taż-żona ta’ Paceville. Dan il-proġett ħaseb biex bil-mod jitrasforma ż-żona li tkun tilqa’ fiha kemm lir-residenti kif ukoll lil viżitaturi.

Matul il-fażi tal-inawgurazzjoni, Mercury Towers se joffri lill-konsumaturi Maltin għażla ta’ 80 ditta u għalhekk l-istess konsumaturi se jkollhom aktar għażla.

Bl-ikel li se jiġi offfut fiż-żona, fejn se jkun hemm diversi franchises internazzjonali magħrufa, kif ukoll dawk lokali se jkompli jgħolli l-livell ta’ Malta f’dan li għandu x’jaqsam mal-ikel għal vjaġġaturi minn madwar id-dinja kollha. Fil-post se tiġi offruta esperjenza li s’issa mkien fil-pajjiż ma tiġi offruta.

Ma’ dawn imbgħad se jibda jkun hemm divertiment għal familja kollha. Wieħed jista’ jgħid li dawn li se jżuru Mercury Towers se jkunu qegħdin jimxu “f’dinja oħra”.

Id-dettalji tal-bands li se jkunu qegħdin idoqqu fil-post u anke dettalji oħrajn se jkunu qegħdin jinħarġu fil-ġimgħat li ġejjin.

Meta Mercury Towers ikunu joperaw b’mod komplet li jfisser lejn l-ewwel kwart tas-sena d-dieħla, dawn se jsiru kwartieri ġodda fejn wieħed jista’ jiddeverti, joqgħod, jixtri, jiekol kif ukoll faċilitajiet ta’ wellness li se joffru livelli ġodda għal din l-industrija.
Dan il-proġett jinkludi torri ta’ 33 sular, li hu l-ogħla wieħed s’issa f’Malta, kif ukoll lukanda ta’ ħames stilel – ME Malta.
Ma jistax jonqos li fl-istess proġett se jkun hemm 4,000 metru kwadru li se jkun miftuħ għal pubbliku.

Sport