Saturday, December 21, 2024

Il-Qorti tiċħad it-talba tal-Birdlife… L-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema jiftaħ kif pjanat

Aqra wkoll

It-talba ta’ Bird Life Malta biex ma jinfetaħx l-istaġun tal-gamiema ġiet miċħuda mill-Qorti u b’hekk se jkun awtorizzat il-ftuħ tal-istaġun skont kif skedat.

Fl-aħħar jiem l-Imħallef Audrey Demicoli laqgħet il-mandat tal-għaqda b’mod proviżorju iżda d-data tas-smigħ kienet taqbeż id-data skedata tal-ftuħ tal-istaġun. Minn naħa tiegħu l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ddikjara li l-gvern kien ressaq rikors biex il-mandat jinstema’ b’urġenza.

L-Imħallef semgħet ukoll l-argumenti li qajmu l-awtoritajiet u r-rappreżentanti tal-kaċċa u rrevokat il-mandat ta’ inibizzjoni.

Dan ifisser li l-istaġun tal-kaċċa fuq il-gamiema se jkun jista’ jiftaħ bejn is-17 u t-30 ta’ April.

B’reazzjoni għal din l-aħbar, il-Ministru Camilleri rringrazzja lit-tim ta’ l-Avukat tal-Istat u tat-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi (WBRU) li ħadmu lejl u nhar sabiex dan il-mandat ta’ inibizzjoni setgħa jitneħħa. 

“Nhar il-Ħadd jiftaħ l-istaġun tal-gamiema kif pjanat. Dak li huwa tagħna, jibqa’ tagħna”, tenna Camilleri.

Ekonomija

Sport