Thursday, April 25, 2024

Il-Qorti tiċħad it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex tinstema’ b’urġenza l-kawża dwar l-isptarijiet

Aqra wkoll

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili preseduta mill-Imħallef Giovanni Grixti ċaħdet it-talba tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia sabiex tinstema’ b’urġenza l-kawża li fetħu dwar it-tliet sptarijiet. 

F’digriet, l-Imħallef Grixti qal li r-rikorrenti naqsu milli jispjegaw għaliex fil-fehma tagħhom hemm dik l-urġenza biex tinstema’ l-kawża. Il-Qorti rrimarkat ukoll li hemm distinzjoni serja bejn it-talbiet li qed isiru f’din il-kawża.

L-Imħallef Grixti iżda qal li f’għajnejn il-Qorti, il-każ jimmerita ċertu prijorità u għalhekk ordna li titqiegħed fuq il-lista tas-smigħ tal-kawżi fil-viċin. Il-kawża se tibda tistema’ fit-8 ta’ Jannar li ġej.

Sport