Saturday, May 4, 2024

Karozza tinħakem minn nirien f’Raħal Ġdid

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li karozza ħadet in-nar fi Triq il-Belt Valletta f’Raħal Ġdid.

Kien għall-ħabta tal-10:30 a.m meta karozza tal-għamla Maruti li kienet qiegħda tinstaq dehret bid-duħħan ħiereġ, bis-sewwieq jilħaq iwarrab fil-ġenb tat-triq u jsejjaħ għall-għajnuna.

Ritratt: Roger Azzopardi

Minnufih fuq il-post intervjena Surġent mill-għassa tad-distrett, iżda n-nirien kienu laħqu kibru u għalhekk kellhom jissejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

It-triq kellha tingħalaq għat-traffiku għal xi ħin, iżda ninsabu infurmati li s-sitwazzjoni rritornat għan-normal ladarba kien aċċertat li ma kien għad fadal l-ebda periklu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport