Wednesday, December 25, 2024

Il-Qorti tiċħad l-appell ta’ Daniel Meli biex ma jiġix estradit lejn l-Istati Uniti

Aqra wkoll

Il-Qorti ċaħdet l-appell li tressaq minn Daniel Meli ta’ 27 sena minn Ħaż-Żabbar biex ma jiġix estradit lejn l-Istati Uniti. Hemm se jkun qiegħed jiffaċċja akkużi ta’ bejgħ ta’ malware illegali fuq id-dark web. Se jkun qiegħed jiffaċċja akkużi b’rabta ma’ servizzi ta’ mentoring fuq dak li jissejjaħ ‘Hack Forum’.

Kien il-Maġistrat Neville Camilleri li ċaħad l-appell wara li Meli kien ġie arrestat fis-7 ta’ Frar li għadda f’operazzjoni li kienet ikkordinata bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, bl-appoġġ tal-FBI u d-Dipartiment tal-Ġustizzja.

Hu kien tressaq il-Qorti ftit sigħat wara u dakinhar kien ta l-kunsens tiegħu biex jiġi estradit lejn l-Istati Uniti. Iżda aktar tard kien sar Appell mill-avukat tiegħu Franco Debono, Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Marion Camilleri sabiex il-proċeduri jinstemgħu f’Malta.

L-Imhallef Camilleri ċaħad din it-talba u tah ħmistax biex jikkontesta s-sentenza.

Ekonomija

Sport