Monday, May 13, 2024

Il-Qorti tiddikjara li kumpanija ma kinitx responsabbli għall-korriment ta’ ħaddiem

Aqra wkoll

Kumpanija ma nstabitx ħatja li kienet involuta f’inċident, fejn wieħed mill-ħaddiema waqt il-ġurnata tax-xogħol tiegħu, spiċċa ntlaqat minn xi knatan tal-ġebel.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-każ imur lura għal Lulju tal-2013 fil-Mosta, meta l-ħaddiem rabat il-ġebet u għmel sinjal lil min imexxi l-krejn sabiex jgħolli l-ġebel. Ftit tal-ħin wara li l-ħaddiem ta l-istrituzzjonijiet, waqgħu xi knatan ,bil-konsegwenza li ntlaqat il-ħaddiem stess, tant li għamel perjodu ta’ żmien l-ITU u sofra diżabiltà permanenti.

Fost ix-xhieda preżenti, xehed foreman, li min-naħa tiegħu sostna li x-xogħol. tal-vittma kien li jerfa’ l-ġebel, jorbot u jagħmel it-tajn. Quddiem l-Imħallef Joanne Vella Cuschieri li kienet qed tipprosedi l-każ, huwa xehed kif f’ħin minnhom il-ħaddiem rabat il-ġebel u li meta l-ġebel kienu fuq il-krejn, il-ġebel nfaqa’ u spara l-isfel.

Kompla jixhed kif huwali l-ħoss kien pjuttost kbir u li ta lill-vittma mal-art. Dan li qal il-foreman kien jaqbel eżatt max-xhud. li xehed warajh, l-operatur tal-krejn. Dan għaliex bħal ta’ qablu, ikkonferma li kien xogħol il-vittma li jorbotil-ġebel. Qal ukoll li ra l-ġebel nieżel u jtir u li ra lil Sciberras fl-art iżda ma kienx mirdum bil-ġebel.

Fil-Qorti xehed ukoll il-vittma, li sostna li hu kien rabat il-ġebel sewwa u spjega li kieku ma sarx hekk, il-ġebel kienu jaqgħu qabel. Il-vittma qal kif konsegwenza tal-istess inċident, huwa kiser seba’ kustilji, kiser spalltu, sofra xi ġrieħi fil-pulmun u qala’ idejh.

It-tielet xhud kien id-direttur tal-kumpanija, li spjega kif il-ġebel seta’ jinġarr b’metodu wieħed mix-xellug għal-lemin. Sostna li hi ovvja li wieħed meta jara l-materjal tiela’ ma jibqax fiċ-ċirku tal-moviment tal-krejn.

Direttur tal-kumpanija tal-Health and Safety xehed li l-vittma rabat il-knaten u aktarx ma ndunax li kien hemm wieħed difetuż. Qal li jidher li l-vittma baqa’ taħt ix-xogħol u b’hekk waqgħu fuqu. Qal il-mod ta’ kif kien armat il-krejn seta’ jiġbed lejn il-wied biss għax inkella jaħbat mad-djar. Qal li lanqas seta’ jdur 360 degrees għax jaħbat mal-appoġġi.

Il-Qorti, qieset li għalkemm r-responsabbiltà hija ta’ min iħaddem, il-ħaddiem hu obbligat li jħares saħtu u s-sigurtà tiegħu u ta’ sħabu fuq ix-xogħol. Qalet li ħaddiem għandu jżomm lura milli jqiegħed lilu nnifsu f’riskju bla bżonn u joqgħod attent għal dak li jkun qed jagħmel

Il-Qorti kompliet tisħaq li l-vittma kellu 30 sena esperjenza u li kellu jkun konxju biżżejjed li l-kantun jista’ jkun difettuż u li kellu jżomm ‘il bogħod minn taħt ir-rużata. Qalet li huwa għamel xogħlu sew meta rabat il-knatan għax kieku waqgħu qabel. Qalet li kien hemm difett moħbi f’ġebla minnhom. Qalet li minkejja li warrab ċertu distanza, tant li l-operatur tal-krejn ma ra lil ħadd taħt, ma kienx warrab biżżejjed u ntlaqat minn xi ġebel.

Il-Qorti spjegat li mill-provi mressqa l-kumpanija ma setgħet b’ebda mod tipprevedi l-inċident għax id-difett kien moħbi u jekk le kienet responsabbiltà ta’ Sciberras li jinduna bih. Għaldaqstant ma sabitx lill-kumpanija ħatja ta’ negliġenza u ċaħdet it-talbiet ta’ Sciberras.

Sport