Wednesday, May 8, 2024

Iżrael kompla jfarrak l-isptarijiet f’Gaża

Aqra wkoll

L-isptar ta’ al-Shifa fil-belt ta’ Gaza, wieħed mill-ftit li kien fadal, issa sar fdalijiet wara rejd ta’ ġimgħatejn Iżraeljan taħt il-ptetest li l-isptarijiet qed iservu ta’ moħba għat-terroristi tal-Ħamas. F’dan ir-rejd, il-militar ta’ Iżrael qal li ħareġ mill-isptar wara operazzjoni militari li qerdet ħafna mill-kumpless tal-isptar.

Skont il-Forzi tad-Difiża tal-Iżrael (IDF), it-truppi qatlu biosta mit-terroristi u sabu għadd ta’ armi u dokumenti ta’ intelligenza fiż-żona.

Ir-rejd seħħ wara li Iżrael qal li kellu informazzjoni li jindika li l-Ħamas kien qed juża l-isptar bħala bażi biex iniedi attakki. Il-Ħamas caħad li juża siti mediċi biex iwettaq operazzjonijiet militari.

Fi stqarrija wara l-irtirar tat-Tnejn, l-IDF qalet li t-truppi wettqu attività operazzjonali preċiża fiż-żona tal-Isptar ta’ Shifa u għalhekk telqu miż-żona. Qatlu numru ta’ terroristi, qabdu bosta armi u dokumenti ta ‘intelliġenza madwar l-isptar, filwaqt li pprevenew ħsara liċ-ċivili, lill-pazjenti u lit-timijiet mediċi.

Aktar qabel, rapporti fil-midja Palestinjana qalu li għexieren ta’ kadavri nstabu fil-viċinanzi tal-kumpless, u ċċitaw xhieda fosthom il-ministeru tas-saħħa mmexxi mill-Ħamas.

Dawk ir-rapportima ġewx verifikati iżda l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) qalet li 21 pazjent mietu f’al-Shifa fl-aħħar ġimgħatejn, filwaqt li l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu qal li aktar minn 200 “terrorista” inqatlu.

Meta tħabbar ir-rejd għall-ewwel darba, il-kelliem ewlieni tal-IDF Daniel Hagari qal li t-terroristi tal-Ħamas kienu nġabru ġewwa l-isptar al-Shifa.

L-IDF qalet li nediet operazzjoni ta’ preċiżjoni għolja fuq il-bażi tal-isptar u ħeġġet liċ-ċivili spostati li kienu qed jieħdu kenn fl-isptar biex jitilqu immedjatament mill-inħawi.

Ix-xhieda rrappurtaw sparar qawwi u tankijiet madwar il-faċilità meta r-rejd beda fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu fit-18 ta’ Marzu li għdda.

Al-Shifa sar il-mira aktar kmieni fil-kunflitt wara li Iżrael qal li kellu evidenza li ostaġġi maqbuda waqt l-attakk tas-7 ta’ Ottubru ttieħdu hemmhekk.

L-Iżrael ilu jakkuża lill-Ħamas li juża l-infrastruttura tas-saħħa ċivili bħala kopertura biex iniedi l-operazzjonijiet tiegħu, li l-grupp Palestinjan jiċħad.

Iżda l-Prim Ministru Iżrael BenjhaminNetanyahu tenna li al-Shifa kien “bejta terroristika” u faħħar l-isforzi tas-suldati Iżraeljani talli wettqu attakk sorpriża preċiż u kirurġiku.

Il-PM Iżraeljan għamel ir-rimarki tiegħu l-Ħadd li għadda filgħaxija qabel ma daħal għall-intervent mediku biex jikkura ftuq. 

Sport