Raġel kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien 3 snin wara li ammetta li ffroda lukanda f’Tas-Sliema.
Jules Willis Biene, li għandu passaport Franċiż, kien mixli li wettaq dan ir-reat bejn l-20 u s-27 ta’ Lulju li għadda.
Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech huwa ammetta li ffroda lil-lukanda €5,000.
Qabel ma tat is-sentenza l-Maġistrat Frendo Dimech ikkunsidrat li huwa ħallas lura lil-lukanda l-flus li ffroda.
Hija rrakkomandat lill-Uffiċjal Prinċipal tal-Immigrazzjoni biex ikeċċi lir-raġel minn Malta.
