Sunday, November 24, 2024

Il-qtil ta’ Rosso kien ippjanat

- il-Prosekuzzjoni

Aqra wkoll

Hekk kif illum kompla l-ġuri fejn Anthony Bugeja ta’ 55 sena minn Marsaxlokk u Piero Di Bartolo ta’ 49 sena li joqgħod Birżebbuġa jinsabu mixlia bil-qtil ta’ Albert Brian Rosso liema delitt seħħ 18-il sena ilu, il-Prosekuzzjoni qalet li dan il-qtil kien ilu ppjanat.

Il-ġuri qed jinstema quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera.

Waqt l-indirizza tagħha lil ġurat, Dr Angele Vella li qed tmexxi l-Prosekuzzjoni qalet li hemm provi ċari li dan id-delitt kien ippjanat u maħsub tajjeb minn ħafna qabel. Qalet ukoll li l-qtil seħħ wara argument fuq il-bastiment Desiree.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużati kienu vvintaw storja dwargangsters Sqallin biex ibeżżgħu lill-vittma sabiex jeħdulu d-dgħajsa tas-sajd mingħajr ma jħallsuh xejn.

Dr Vella semmiet kif dakinhar li seħħ il-qtil kien intefa’ l-GPS tad-dgħajsa meta dan mhux suppost intefa’.

Fl-indirizzi tagħha lil ġurati, Dr Vella qalet li kienet daħlet telefonata anonima għall-ħabta tad-9.00am fejn intqal li l-akkużati dehru jipparkjaw viċin maħżen u li ċ-ċavetta tal-vann kienet tneħħiet minn mal-mazz taċ-ċwievet li kellhom l-akkużati.

Skont dak stabbilit waqt l-investigazzjoni, il-qtil sar minħabba diżgwid ta’ €5,000 u anke minħabba d-dgħajsa hekk kif Bugeja kien jgħid li kienet tiegħu. Issemmew każijiet li seħħew qabel il-qtil fejn anke kienu sparati xi tiri fejn kien inqatel denfil wara li qamet tilwima fuq il-baħar.

Dr Vella semmiet kif darba minnhom Rosso kien ta’ struzzjonijiet lil Bugeja biex ma jerġġax lura l-bastiment waqt li kienu qed ittellgħu x-xbieki.

Iżda Bugeja għamel il-kontra tant li x-xbiek kienu tħabblu fl-iskrun. Dakinhar ukoll kien qam argument kbir bejn iż-żewġ persuni tant li Rosso kien beża’ li Bugeja jitfgħu l-baħar u hu ma jafx jgħum.

L-akkużati qed iwieġbu li mhux ħatja.

Sport