Saturday, December 21, 2024

Il-UEFA qed tilqa’ offerti għall-finali tal-UCL 2027

Aqra wkoll

Il-UEFA reġgħet fetħet l-offerti għall-istadiums biex jospitaw il-finali taċ- Champions League tal-2027, wara li l-partita tneħħiet minn Milan.

San Siro kellu jkun il-post tal-vetrina għal din il-finali iżda uffiċjali ta’ Milan naqsu milli jassiguraw lill-Federazzjoni Ewropea li x-xogħol ta’ żvilupp mill-ġdid ippjanat mhux se jfixkel l-avveniment.

Għaldaqstant il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA ddeċieda li jospita l-finali fi sta­dium ieħor. 

Iż-żewġ clubs ta’ din il-belt, AC Milan u Inter qed jikkunsidraw li jibnu sta­dium ġdid fiż-żona ta’ San Siro.

Jingħad li l-istadium li se jospita l-finali msemmija, mistenni jitħabbar, f’Mejju jew Ġunju tas-sena d-dieħla.

Id-deċiżjoni ttieħdet f’la­q­­għa tal-Kumitat Eżekuttiv, nhar it-Tlieta li għadda, fejn ġie miftiehem ukoll tibdil fil-fondi ta’ solidarjetà tal- organizzazzjoni.

Il-Big Five tal-kampjonati Ewropej – il-Premier Lea­gue, La Liga, Ligue 1, is-Serie A u l-Bundesliga – qablu li l-pagamenti ta’ solidarjetà tagħhom ikunu limitati għal €10 miljun kull staġun sat-tmiem dak tal-2026-27.

Din hija żieda ta’ €1.5 miljun fuq il-perjodu pre­ċedenti, iżda issa hemm €308 miljun li għandhom jinqasmu minflok il-€177.2 miljuni tal-perjodu  preċe­denti.

Ekonomija

Sport