Wednesday, July 24, 2024

Il-UEFA se tuża lill-Euro 2024 biex tgħolli r-riżervi wara li ntlaqtu mill-pandemija

Aqra wkoll

Il-pjan finanzjarju tal-UEFA biex terġa’ timla r-riżervi ta’ flus kontanti milquta mill-pandemija jibda bil-Kampjonat Ewropew liema fażi finali se tibda fi ftit jiem oħra fil-Ġermanja.

Huwa mistenni li d-dħul finanzjarju se jkun dak ta’ €2.5 biljuni minn kuntratti ta’ xandir, sponsors,  bejgħ ta’ biljetti, pak­ketti ta’ ospitalità u liċenzjar, mill-istess tournament li se jkun kompost minn 51 partita li jibda fl-14 ta’ Ġunju fi Munich u jintemm fl-14 ta’ Lulju, bil-finali tintlagħab f’Berlin.

Il-korp governattiv tal-football tal-Ewropa bassar f’April li kważi nofs id-dħul tal-Euro 2024, madwar €1.2 biljun  se jkun profitt biex jiffinanzja ħafna mill-għotjiet tax-xogħol u l-iżvilupp tiegħu għall-erba’ snin li ġejjin u jżid ir-riżervi tiegħu wkoll.

L-ispejjeż tal-organizzazzjoni tat-tournament jinkludu mijiet ta’ miljuni ta’ ewros fi premjijiet għall-24 team u ħlasijiet ta’ rata ta’ kuljum lill-clubs li l-players tagħhom jintgħażlu.

Bla dubju, dan kien iż-żmien tal-Ġermanja li tospita l-avveniment tal-UEFA — 36 sena wara li l-Ġermanja tal-Punent ospitat biss it-tournament tal-Euro 1988 li kien kompost biss minn tmien timijiet …  sena qabel waqa’ l-Ħajt ta’ Berlin — u meta l-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA vvutaw, f’Settembru 2018, biex jagħżlu l-pajjiż fuq it-Turkija … il-pandemija żgur li ma kienet f’moħħ ħadd.

Madankollu, il-wirt tal-pandemija tal- Covid-19 kien ħafna fil-ħsieb tal-UEFA meta pjan fit-tul biex il-Euro 2028 jkun ospitat fir-Renju Unit u l-Irlanda kien finalment ikkonfermat f’vot mhux ikkontestat f’Ottubru li għadda.

It-tournament tal-2020 li ntlagħab sena wara, ibbażat fl-Ingilterra bi stadiums mo­derni li ġġeneraw dħul kbir kien għażla sigura għall-UEFA dħul baxx f’postijiet nofs­hom vojta madwar 11-il pajjiż.

Il-UEFA qed timmira li tistabbilixxi livell ta’ kumdità fuq bażi ta’ €500 miljun f’riżervi ta’ flus kontanti li kien ta’ €575 miljun qabel ma l-pandemija nfirxet kmieni fl-2020.

Ir-riżervi kienu niżlu għal €360 miljun fl-aktar kontijiet riċenti għas-sena finanzjarja 2023.

Ekonomija

Sport