Saturday, May 4, 2024

Il-UEFA tipproponi regoli ġodda minflok il-Financial Fair Play

Aqra wkoll

Regoli ġodda ta’ nfiq proposti biex jissostitwixxu r-re­golamenti attwali tal-UEFA Financial Fair Play (FFP) jillimitaw l-infiq tal-clubs fuq pagi, trasferimenti u ħlasi­jiet tal-aġenti għal 70% tad-dħul tagħhom mill-2025.

Jekk miftiehem, il-pjani jiddaħħlu gradwalment mill-2023, meta l-clubs jitħallew jonfqu 90% tad-dħul tagħhom, jonqsu għal 80% fl-2024 u 70% sena wara.

L-aqwa clubs tal-Ewropa ġew aġġornati dwar ir-regoli l-ġodda tal-infiq fil-laqgħa ta’ jumejn tal-Euro­pean Club Association (ECA) fi Vjenna din il-ġimgħa.

B’mod kruċjali, il-pjani, li qed jitqegħdu flimkien mill-UEFA u l-ECA influwenti wkoll jirduppjaw it-telf permess fuq perjodu ta’ tliet snin minn €30 miljun (£24.98 miljuni) għal €60 miljun (£49.96 miljuni), sakemm ikunu koperti bi flus kontanti u injezzjonijiet finanzjarji.

L-idea hi li jiġu indirizzati l-ilmenti li s-sistema attwali tipproteġi l-akbar clubs billi tillimita l-investiment addizzjonali tas-sidien, għalkemm ħafna kienu wkoll inċerti għall-finanzjament ‘artifiċjali’ ta’ dawk li l-president ta’ La Liga, Javier Tebas, isejjaħ clubs ‘statali’, bħal Paris St-Germain u Manchester City.

Huwa maħsub li pieni ġodda u rinfurzati, inklużi tnaqqis ta’ punti, degradaz­zjoni għal kompetizzjoni ta’ klassifika aktar baxxa u esklużjoni potenzjali mill-football Ewropew kompletament, se jiġu introdotti bħala parti mir- regoli l-ġodda.

Fir-rwol il-ġdid tiegħu bħala chairman tal-ECA, il-pre­sident ta’ PSG, Nasser Al-Khelaifi, tkellem mal-midja l-bie­raħ wara l-laqgħa tal-organizzazzjoni tiegħu. Bħala wieħed mill-clubs li jistgħu jibbenefikaw minn fondi addizzjonali tal-investituri, il-ħsibijiet tiegħu se jiġu osservati b’inte­ress.

Newcastle huma membru assoċjat tal-ECA u kellhom jiġu osservati b’interess jekk il-Magpies humiex rappreżentati personalment nhar it-Tnejn li għadda fl-ewwel Assemblea Ġenerali tal-ECA mit-teħid tal-club appoġġat mill-Arabja Sawdija f’Ottubru.

Minbarra l-FFP, il-clubs tal-ECA li attendew l-Assemblea Ġenerali fi Vjenna ġew aġġornati wkoll dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna mill-perspettiva tal-football.

Il-play-off tat-Tazza tad-Dinja tal-pajjiż kontra l-Iskozja ġiet posposta sa Ġunju, għalkemm ma kien hemm l-ebda kjarifika mill-FIFA dwar x’se jiġri jekk l-Ukrajna ma tkunx tista’ tilgħab dak il-ħin.

Kellu jkun hemm ukoll aktar dibattitu dwar iż-żewġ postijiet fiċ-Champions League li għandhom jiġu allokati mill-istaġun 2024-25 ‘il quddiem lil clubs bl-ogħla ko-effiċjent li ma kkwalifikawx direttament għall-kompetizzjoni, iżda għandhom għal kompetizzjoni Ewropea differenti.

Kieku l-kunċett kontroversjali kien fis-seħħ f’dan it-terminu u l-klassifika attwali baqgħet kif inhi, Manchester United u Roma jkunu l-benefiċjarji minkejja li ż-żewġ clubs huma fis-sitt post fil-kampjonati domestiċi tagħhom.

Fil-Premier League, Tottenham jinsabu fil-ħames post, iżda jibqgħu fl-Europa League, kif jagħmlu Atalanta fis-Serie A.

Sport