L-Arthur Ashe Stadium se jkun mixgħul bil-blu ċar matul il-lejl kollu biex il-US Open ifakkar il-25 anniversarju tal-attakki tal-11 ta’ Settembru 2001.
Il-bnadar Amerikani se jkunu mezz’asta biex New York tfakkar it-2,977 persuna li tilfu ħajjithom fl-attakki.
Il-player Amerikan James Blake, li kien f’Augusta dak in-nhar, qal li l-attakki kissru s-sens ta’ sigurtà li kellhom l-Amerikani u ħafna players tat-tennis.
Missieru kien għadu fi New York, u minħabba problemi fin-network tat-telefon, Blake kellu jistenna biex ikun jaf jekk kienx sigur. Peress li l-ajruplani kienu waqfu jtiru, huwa saq minn Augusta sa Tampa.
Blake qal ukoll li wara l-attakki kien diffiċli jerġa’ jitla’ fuq ajruplan, iżda jemmen li r-ritorn tal-isport għen lill-pajjiż jerġa’ lura għan-normalità.
Huwa semma wkoll il-mument meta l-President George W. Bush tefa’ l-ewwel ballun f’logħba tal-Yankees bħala simbolu li l-ħajja kienet qed tkompli.
Matul il-US Open se ssir minuta silenzju qabel iż-żewġ semifinali tal-irġiel, filwaqt li se tintwera bandiera kbira u tindaqq l-innu Amerikan bħala tifkira u riflessjoni fuq l-avvenimenti traġiċi tal-2001.





