Saturday, December 21, 2024

“Il-vaċċin huwa importanti meta użat tajjeb”

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem dan is-sit tkellem mat-Tabib Jean Karl Soler dwar ir-riċerka tiegħu rigward l-imxija tal-Covid-19 u dak li jgħidu l-istudji. Filwaqt li saħaq dwar l-importanza tal-immunità naturali u l-effettività tagħha u sostna li huwa qatt ma naqqas mill-mertu tal-vaċċin “meta użat tajjeb”.

“M’aħniex innaqqsu l-importanza tal-vaċċin. Il-vaċċin huwa importanti għax jekk persuna li jaqbadha l-Covid tista’ tmut inti ma tridhiex li jkollha l-immunità billi jaqbadha l-Covid u għalhekk dak huwa l-irwol tal-vaċċin”, ikompli Soler.

Soler jikkwota studji prospettivi mill-Iżrael u l-Ingilterra li juru li l-infezzjoni naturali tipproteġik ħafna iżjed mill-vaċċin u li ċ-ċans li terġa’ tiġi pożittiv huwa 0.7 fil-mija li tinżel għal 0.03 fil-mija fil-każi probabbli ta’ ri-infezzjoni.

It-tabib jgħid li l-argument tiegħu bażikament huwa li vaċċin li jista’ jagħtik effetti kollaterali u għalhekk dan m’għandux jintuża fuq persuni li diġà għandhom l-immunità naturali, iżda jintuża biex jitlaqqmu dawk vulnerabbli. Isaħħaħ l-argument tiegħu billi jsostni li dan kollu jista’ jiġi ssostanzjat minn ħafna studji li saru fl-aħħar xhur li minnhom irriżulta li “bħala regola ġenerali l-covid darba taqbdek gravi u ċ-ċans li tispiċċa l-Isptar jew l-ITU jekk terġa’ tiġi infettat huwa rari ħafna”.

Rigward is-sistema naturali ta’ immunità qal li din hija l-iktar sistema effiċjenti li jista’ jkollna. Tkellem dwar l-evoluzzjoni tal-virus.

“Min diġà kellu l-virus huwa ppruvat li l-vantaġġ tal-vaċċin huwa minimu u ċ-ċans tal-effetti kollaterali, anke jekk huma rari, huma aktar importanti mill-protezzjoni żgħira li qegħdin inżidu bil-vaċċin fost dawk diġà infettati”, jkompli t-tabib.

“Il-Covid huwa endemiku u impossibbli ninżlu għal 0 cases”

Huwa sostna li l-idea li bil-vaċċin se neqirdu l-virus jew li se jkollok 0 cases fit-tul hija impossibbli u li tibqa’ tagħmel miżuri li jimpattaw b’mod negattiv lin-negozji tagħna ma tagħmilx sens għax dan huwa virus endemiku li qiegħed madwar id-dinja u għalhekk la l-virus diġà jinsab fostna, allura inutli li ngħalqu l-fruntieri. 

Dan jikkonferma d-deċiżjoni soda tal-gvern li għażel li ma jmurx għas-sejħa kontinwa li kien hemm min-naħa tal-Oppożizzjoni biex immorru għal lockdown meta kien hawn perjodu fl-2021 li fih rajna żieda fil-każi. Tkellem dwar is-sitwazzjoni f’pajjiżi oħra li qegħdin joqogħdu aktar fuq l-istudji u li qegħdin jagħżlu li jabbandunaw il-lockdown u fost dawn hemm l-Ingilterra li huwa wieħed fost dawk il-pajjiżi li rrikorrew fuq il-lockdown diversi drabi fil-passat.

“Il-vaċċin huwa għodda li jeħtieġ nużawha tajjeb”

It-tabib tkellem dwar is-sitwazzjoni tal-pandemija fil-preżent u qalilna li dan huwa proċess naturali li se jibqa’ jsir kull xitwa. Huwa sostna li l-awtoritajiet għandhom ilaqqmu lin-nies qabel ix-xitwa f’Ottubru u Novembru għax fix-xitwa hemm aktar ċans li dawk infettati jkollhom jiddaħħlu fl-Isptar minħabba l-kundizzjoni tagħhom. 

“Jiena Jean Karl Soler ħadt il-vaċċin f’Novembru biex inkun protett għax-xitwa. Ma tagħmilx sens li titlaqqam biex tkun protett għaż-żmien tas-sajf li fih il-konsegwenzi tal-virus huma ferm inqas”, spjega Soler filwaqt li qabbel il-vaċċin ma’ martell li jeħtieġ li jintuża biex issammar musmar u mhux skorfina u l-istess jgħodd fejn jidħlu l-persuni. B’hekk jeħtieġ inħarsu l-aħjar interess tagħhom. 

It-Tabib kompla biex jgħid li min mhuwiex jifhem li dan huwa virus staġjonali jeħtieġ li jerfa’ r-responsabbiltà ta’ dak li jgħid u jeħtieġ li tingħata importanza akbar lejn dawn il-ħafna studji.

Ekonomija

Sport