Tuesday, April 30, 2024

Sentenza sospiża wara li xerred kontenut pornografiku tal-eks sieħba

Aqra wkoll

Ġermaniż ta’ 33 residenti l-Gżira tressaq il-Qorti quddiem il-Maġistrat Elaine Mercieca mixli li xerred kontenut pornografiku tal-eks sieħba tiegħu.

Il-prosekuzzjoni rrakkontat kif id-Domestic Violence Unit fi ħdan il-Korp tal-Pulizija rċieva rapport fejn intqal li l-akkużat xerred filmat li dehru xeni ta’ nuditá. Barra minn hekk hija ssuġġerit lill-Maġistrat biex tikkunsidra l-fedina penali nadifa tal-imputat u l-ammissjoni bikrija tiegħu.

Min-naħa tagħha d-difiża żiedet li l-att kien li kien pero nnutat ukoll li l-filmat inxtered biss għand żewġ persuni u ma baqax jiċċirkola fil-midja.

Wara li semgħat liż-żewġ partijiet, il-Maġistrat ikkundannat lill-imputat għal 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin. Barra minn hekk hija ħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u spjegat li jekk din tinkiser, l-imputat kellu jiġi mmultat €5,000.

Sport