Monday, December 9, 2024

Il-Vaċċin kontra l-Covid-19 huwa raġġ ta’ dawl għal ħafna ħaddiema u industriji

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-GWU tisħaqq illi l-vaċċin kontra l-Covid-19 huwa essenzjali għall-irkupru ekonomiku. Permezz ta’ hekk il-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa għandhom responsabbiltà fuq min għandu jkollu prijorità għall-vaċċin.

Il-pandemija ġabet beżgħat u inċertezzi kbar. Il-Covid-19 ħalliet impatti kbar kważi f’kull industrija tax-xogħol. Barra l-aspett ekonomiku, il-pandemija ħalliet impatt ukoll fuq is-saħħa inkluż dik mentali. Kien xaqq ta’ dawl għal kulħadd meta l-Awtoritajiet tas-Saħħa rrapurtaw illi Malta bdiet tirċievi l-vaċċin kontra l-Covid-19. 

Ħafna ħaddiema f’diversi industriji madwar Malta u Għawdex kontinwament jagħmlu kuntatt ma’ individwi oħra u minħabba f’hekk ikunu qegħdin jipperikolaw saħħithom. Huwa għalhekk li t-tilqima kontra l-Covid-19 hija serħan il-moħħ għal kulħadd speċjalment għall-ħaddiema illi minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom bilfors iridu jiltaqgħu ma’ nies oħrajn.

Il-GWU bħala l-akbar organizzazzjoni li tirrapreżenta ħaddiema qiegħda f’kuntatt dirett mal-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħalli fuq bażi ta’ natura tax-xogħol u risk assessment assoċjat max-xogħol tinħoloq lista ta’ preċidenza u ordni għat-teħid tal-vaċċin.

Ekonomija

Sport