Il-klabb tal-Valletta FC, bhal kull Klabb iehor, jistħoqqilhom sit, ground għat-training u faċilitajiet sportivi denji għall-players, iż-żgħażagħ u t-tfal, il-ġenerazzjoni futura.
Nixtieq nirringrazzja b’mod speċjali lill-Prim Ministru Robert Abela u lit-team kollu tiegħu tal-appoġġ kontinwu, kif ukoll lill-President u lit-team tal-klabb.
Flimkien konna f’kuntatt kontinwu, illum nistqarr li ninsab emozzjonat daqskom li qed naraw dan iseħħ.
Dan jikkumplimenta mal-proġett tal-operat tal-parking fid-ditch li ħabbart ftit ilu u jibni futur aktar sod għall-klabb u għall-Belt.
Ghal kull min għandu għal qalbu il-futball lokali ta’ pajjiżna
Dan kien il-messaġġ li wassal is-sinku tal-Belt Valletta Olaf Mckay

