Saturday, December 28, 2024

Il-VAT fuq il-maskri tinżel għal 5%

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri semma fil-Parlament kif il-VAT fuq il-maskri obbligati li jintużaw ħalli ma jinxteridx il-Covid19 niżlet minn 18% għal 5% biex ikun assigurat li l-prezz jinżamm irħis.

Waqt li kien qed iwieġeb sensiela ta’ mistoqsijiet b’rabta ma’ dak li qed jagħmel il-Gvern fuq il-Covid19, huwa qal ukoll li dawk in-negozji li xtraw maskri bi prezz ogħla mill-95ċ kull waħda jistgħu jieħdu d-differenza lura jekk jipprovdu rċevuta.

Schembri saħaq li għalkemm dan il-Gvern huwa wieħed ‘pro-business’ ma jfissirx li se jitmexxa min-negozju u nsista li hemm prinċipji li ma jinqabżu qatt waqt li rrimarka kif dwar il-prezz tal-maskra l-prinċiju nqabeż.

Huwa semma wkoll kif bil-miżuri li ħa l-Gvern s’issa 90% tal-impjiegi ġew miżmuma u għalkemm ir-rata tal-qgħad żdiedet bi ftit baqgħet waħda stabbli.

Schembri reġa’ nsista li l-Gvern se jibqa’ jagħti l-benefiċċju tal-għajnuna lil dawk in-negozji li ngħataw permess jiftħu ħalli ma jħossux piż żejjed u b’hekk ma jkollhomx ġenn biex ilaħħqu mal-ispejjeż.

Huwa kien mistoqsi wkoll dwar l-Airmalta u l-impatt tal-Covid19 fuq dawk li ibbukkjaw titjira fejn semma kif il-linja tal-ajru tat diversi għażliet fosthom li persuna tista’ ‘credit’ darba u nofs l-ammont ibbukkjat, jew li l-persuna tmexxi d-data tat-titjir sa Ottubru jew Novembru jew anke tagħti rifużjoni.

Ekonomija

Sport