Wednesday, July 24, 2024

Il-vawċers se jkunu qed jitqassmu sa nofs Jannar – L-MHRA

Aqra wkoll

It-tieni rawnd ta’ vawċers biex jintużaw fi ħwienet kummerċjali u stabbiliment tal-ospitalità u restoranti se jkunu qed jitqassmu sa nofs Jannar.

Dan sar magħruf permezz ta’ nota tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u Ristoranti (MHRA) lill-membri tagħha, fejn qalet li ġiet informata mill-awtoritajiet relevanti li l-vawċers se jkunu qed jitqassmu sa nofs dan ix-xahar.

Din it-tieni skema ta’ vawċers kienet parti mill-miżuri mħabbrin fil-baġit għal din is-sena.

Is-sena li għaddiet, fl-ewwel skema ta’ tqassim ta’ vawċers, il-Gvern kien qassam €100 f’vawċers lil persuni kollha li għandhom 16-il sena jew aktar. Minn dan it-total €80 kellhom jintefqu fi stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni jew restoranti, filwaqt li €20 kellhom jintefqu fi ħwienet kummerċjali. Din il-miżura kienet swiet lill-Gvern €44 miljun.

Ekonomija

Sport