Għat-tielet sena konsekuttiva, il-VBET Malta Premier hija kburija li tappoġġja lil Pink October Movember Malta mmexxija minn The Marigold Foundation, inizjattiva Nazzjonali li tqajjem kuxjenza dwar ħames kanċers komuni fl-irġiel u fin-nisa f’Malta u Għawdex.
Il-logħbiet kollha ta’ dan il-weekend li ġej u l-weekend ta’ wara l-Ġimgħat tal-Logħbiet 10/11 se jaraw lill-plejers (tal-ewwel XI) lebsin flokkijiet apposta waqt il-mixja tagħhom fil-grawnd qabel il-bidu tal-logħba, biex juru l-appoġġ tagħhom għal din il-kawża importanti.
Voluntiera minn The Marigold Foundation se jkunu preżenti wkoll jiġbru donazzjonijiet b’appoġġ għall-kampanja f’żewġ logħbiet ewlenin skedati f’dan il-grupp, Valletta v Hamrun il-Ħadd li ġej, Floriana v Valletta fil-weekend ta’ wara.
Pink October Movember Malta tkompli tqajjem kuxjenza dwar ħames kanċers: kanċer tas-sider, ċervikali u tal-ovarji fin-nisa, u kanċer tal-prostata u testikolari fl-irġiel.
Permezz tal-edukazzjoni, il-prevenzjoni, skrinjar regolari u skoperta bikrija, il-kampanja tħeġġeġ lil kulħadd jieħu ħsieb saħħtu, jagħraf bidliet f’ġismu u jfittex parir mediku f’waqtu.
Għax l-għarfien jagħti s-setgħa, l-iskoperta bikrija ssalva l-ħajjiet, u kull kontribuzzjoni, kemm jekk żgħira, tista’ tagħmel differenza sinifikanti.




