Sunday, May 25, 2025

Il-Veterani Maltin dominanti fuq Hoya de Manzanares

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-veterani kiseb rebħa oħra f’logħba internazzjonali ta’ ħbiberija meta għeleb lill-Ispanjoli ta’ Hoya de Manzanares 9-0 f’konfront fejn huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar.

Il-Maltin kienu diġa’ 7-0 sa tmiem l-ewwel taqsima, sabiex fit-tieni waħda huma kkontrollaw il-logħba fejn saħansitra sabu ċ-ċans jiskorjaw darbtejn oħra.

Manolito Micallef u Jean Pierre Mifsud Triganza skorjaw tripletta kull wieħed filwaqt li Gareth Sciberras kien awtur ta’ doppjetta. Daniel Cremona għaqqad l-iskor għall-Veterani Maltin.

Referee kien Gordon Barbara.

L-impenn li jmiss għall-Veterani Maltin se jkun f’Wales fejn se jieħdu sehem fil-Gary Speed Memorial Cup fis-7 ta’ Ġunju fejn se jilagħbu kontra Wales Veterans.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport