Saturday, May 18, 2024

Il-Veterani Maltin dominanti kontra t-tim ta’ Antonin Panenka

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali Malti tal-Veterani kiseb rebħa ta’ 4-1 kontra Amfora Club Prague f’logħba internazzjonali ta’ ħbiberija li ntlagħbet fiċ-Charles Abela Stadium fil-Mosta.

Il-Maltin kienu dominanti tul il-logħba kollha u sa tmiem l-ewwel taqsima kienu diġa’ 2-0 minn fuq. Fit-tieni taqsima, huma kkontrollaw tajjeb sabiex ħarġu bir-rebħa finali.

Fost il-plejers Ċeki kien hemm ir-rebbieħ tal-kampjonat Ewropew tal-1976 Antonin Panenka kif ukoll Karol Dobias u Jan Berger.

Malcolm Camilleri skorja żewġ gowls filwaqt li Kevin Loughborough u Carmel Formosa żiedu aktar gowls għall-veterani Maltin.

Roman Skamene naqqas il-marġni tal-iskor għaċ-Ċeki.

Il-Maltin immexxija mill-kowċ Joe Micallef bdew b’din il-formazzjoni:

Mario Muscat, Massimo Schembri, Garrett Magri, Brian Said, Jeffrey Chetcuti, Franco Degabriele, Malcolm Camilleri, Colin Ciantar, Carmel Formosa, Kevin Loughborough, Michael Degiorgio.

Referee tal-logħba kien l-eks referee tal-FIFA Pavlin Jurku.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport