Monday, September 8, 2025

Il-Veterani Maltin joħolqu żewġ rekords

Aqra wkoll

It-tim nazzjonali tal-Veterani kisbu żewġ rekords fil-jiem li għaddew hekk kif qed bħalissa qed jieħdu sehem fil-Jubilee Cup, kompetizzjoni organizzata mill-MFA li tikkomemora l-125 anniversarju ta’ din l-assoċjazzjoni.

Fil-fatt, The Malta Records kienu preżenti fiċ-Charles Abela fil-Mosta u ppreżentaw żewġ rekords nazzjonali ġodda bħala l-ikbar tim bl-età medja li lagħab f’logħba uffiċjali tal-MFA u saħansitra l-ikbar tim bl-età medja li rebaħ logħba uffiċjali tal-MFA.

Il-logħba tar-rekords seħħet nhar il-Ġimgħa 29 t’Awwissu 2025 meta fl-Istadium Ċentinarju, it-tim tal-veterani rebaħ 2-1 kontra l-M.E.S.A. b’doppjetta ta’ Jean Pierre Mifsud Triganza.

L-età medja tal-plejers utilizzati dakinhar kienet ta’ 41 sena u 4 xhur bit-tim li kien magħmul hekk:

Matthew Camilleri (45 sena)

Steven Bonnici (36 sena)

Manolito Micallef (41 sena)

Jonathan Pearson (38 sena)

Kurt Magro (39 sena)

Carlo Mamo (46 sena)

Brian Said (52 sena)

Gareth Sciberras (42 sena)

Thomas Paris (38 sena)

Kevin Sammut (44 sena)

Jean Pierre Mifsud Triganza (43 sena)

Ian Zammit (38 sena)

George Frendo (39 sena)

Giuseppe Muscat (36 sena)

Sadanittant, il-vjaġġ tal-Veterani Maltin ikompli hekk kif nhar il-Ġimgħa se jilagħbu l-finali tal-Jubilee Cup kontra s-selezzjoni tal-MAFA, logħba li se tintlagħab fl-Istadium Ċentinarju u tibda fis-6pm.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport