Friday, December 13, 2024

Il-viċi-president tal-AIPS Iannis Daras fost il-mistiedna għall-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Isportivi Nazzjonali

Aqra wkoll

Hekk kif jinsabu fl-aqwa tagħhom il-preparazzjonijiet għat-62 edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali, il-Kumitat Organizattiv jista’ jikkonferma li fost il-mistednin internazzjonali din is-sena se jkun hawn f’Malta il-Viċi President tal-AIPS, il-Grieg Iannis Daras.
Miegħu bħala mistieden ukoll tal-Għaqda Ġurnalisti Sports se jkun hawn il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Isport ta’ Ċipru Erodotos  Miltiadous illi flimkien se jkunu qegħdin jassistu għall-edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali li se ssir nhar is-Sibt 23 ta’April u li se tkun qed tixxandar diretta fuq TVM News+ fid-20:45.Is-serata finali se tkun qed tibda bir-Red Carpet fit-20:00 li se tkun qed jixxandar fuq il-mezzi soċjali fuq il-paġni ta’ Facebook Malta Sports Journalists Association u Be-Active SportMalta.
Ir-Red Carpet se jkun qed jitmexxa minn Lorraine Cunningham u Clinton Buhagiar. Il-preżentaturi tas-serata tal-edizzjoni tal-iSportMalta Awards Għażliet Sportivi Nazzjonali ta’ din is-sena se jkunu ż-żewġ ġurnalisti ta’ TVM Sport Joanna Camilleri u Simon Farrugia.
Il-kategoriji standard fl-Isportivi Nazzjonali huma:Sportiv tas-SenaSportiva tas-SenaŻagħżugħ tas-SenaŻagħżugħa tas-SenaTim Tas-SenaUffiċjal tas-SenaKowċ tas-SenaAttività Internazzjonali tas-SenaMa’ dawn jiżdiedu wkoll il-People’s Choice Award u żewġ rikonoxximenti speċjali li jingħataw lill-atleti ta’ Special Olympics.
Aktar informazzjoni dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena tinkiseb minn fuq il-paġna ta’ Facebook Malta Sports Journalists Association u anki minn fuq il-websajt www.maltasportsjournalists.com.
Ekonomija

Sport