Saturday, May 4, 2024

ARA: Iċċelebrata l-festa ta’ San Girgor wara nuqqas ta’ sentejn

Aqra wkoll

Bħal kull sena, bl-eċċezzjoni tal-aħħar sentejn minħabba l-pandemija tal-Covid-19, l-Erbgħa fuq il-festa tal-Għid il-Kbir tiġi ċċelebrata l-festa ta’ San Girgor.

Din il-festa tradizzjonali li qed tiġi ċċelebrata llum tmur lura mijiet ta’ snin u li għall-inqas skont il-folklor, timmarka l-ewwel għawma.

Mil-lat storiku, din il-festa kienet twieldet bħala pellegrinaġġ li kien jibda bil-mixi mill-Imdina saż-Żejtun.

Maż-żmien, dan inbidel f’festa tradizzjonali fejn l-istorja tingħaġen mal-folklor. 

YouTube video

Bosta kienu dawk il-persuni li dalgħodu niżlu saż-Żejtun u Marsaxlokk biex igawdu din il-festa ħelwa u qalu li hija verament xi ħaġa sabiħa li wara sentejn ta’ pandemija setgħu jibdew igawdu t-tradizzjonijiet mill-ġdid. 

YouTube video

Uħud fetħu l-istaġun tagħhom tal-għawm, l-aktar tfal, filwaqt li oħrajn għażlu li jieqfu ftit mir-rutina ta’ kuljum biex igawdu ftit ix-xemx u jieħdu xi ħaġa tajba minn xi ristorant flimkien mal-ħbieb u l-għeżież tagħhom.

Fost l-oħrajn, il-Parroċċa ta’ Marsaxlokk organizzat tombla b’risq is-Santwarju tal-Madonna ta’ Pompei fil-pjazza tar-raħal. 

YouTube video

Fiż-Żejtun dalgħodu saret il-purċissjoni u wara ġiet iċċelebrata quddiesa bis-sehem anke tal-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna

Sport