Monday, November 11, 2024

Il-Viċi-President tal-Arġentina mhux mistennija tiskonta sentenza ta’ ħabs fuq korruzzjoni 

Aqra wkoll

Il-Qorti Arġentina kkundannat lill-Viċi-President tal-pajjiż, Cristina Fernandez de Kirchner sitt snin ħabs wara li sabitha ħatja ta’ korruzzjoni fi żmien meta kienet il-President.

Kirchner instabet ħatja li bejn l-2007 u l-2015 tat kuntratti pubbliċi lin-negozjant ħabib tagħha Lazaro Baez li huwa sid ta’ kumpanija tal-kostruzzjoni.

Hija mistennija tappella mis-sentenza, iżda jekk il-Qorti ma tilqax it-talba tagħha, hija mistennija tgawdi mill-immunità tal-Gvern minħabba l-irwoli tagħha fil-pajjiż. Il-verdett ġab miegħu protesti kbar mill-partitarji tagħha li spiċċaw ikkonfrontaw dawk li huma kontriha, b’dawn tal-aħħar isejħulha ħalliela.

Fl-1 ta’ Settembru li għadda Kirchner ħelsitha ħafif meta waqt li kienet dieħla l-Qorti sfat fil-mira ta’ attentat ta’ qtil.

Sport