Thursday, December 26, 2024

Il-viċi-Prim Ministru Spanjola titkellem dwar il-każ Dani Alves

Aqra wkoll

Il-viċi-Prim Ministru Spanjola, Yolanda Diaz, tkellmet dwar is-sentenza tal-qorti li l-eks plejer ta’ nofs il-grawnd offensiv Dani Alves irċieva.

Fil-fatt, l-eks plejer ta’ Paris St Germain u Juventus ġie kkundannat erba’ snin u nofs ħabs wara akkużi ta’ vjolenza sesswali fuq tfajla waqt li kien ġo diskoteka.

Diaz qalet li minn dan l-inċident wieħed jieħu tagħlima kbira speċjalment l-irġiel li jħossuhom superjuri u jeżerċitaw ċertu poter fuq in-nisa.

Hi qalet fi Spanja l-pieni relatati mal-vjolenza sesswali se jkomplu jiħraxu.

Ekonomija

Sport