Wednesday, July 24, 2024

David Moyes se jibqa’ ma’ West Ham?

Aqra wkoll

Meta kien qed jitkellem ma’ gazzetta Ingliża, il-kowċ ta’ West Ham United David Moyes żvela li l-klabb minn Londra diġa’ offrewlu estensjoni fil-kuntratt tiegħu iżda ammetta li jixtieq jistenna qabel ma jagħmel dan il-pass.

Moyes għandu 60 sena u ilu jmexxi lill-Hammers sa minn Diċembru 2019. Bħalissa West Ham jinsabu fid-disa’ post tal-klassifika b’36 punt minn 25 partita.

Minkejja l-fiduċja li qed jingħata mid-diriġenza tal-Hammers, waqt il-logħba tal-ġimgħa l-oħra kontra Nottingham Forest kien hemm grupp ta’ partitarji li esponew strixxun biex Moyes jitlaq mill-kariga.

Ekonomija

Sport