Wednesday, July 24, 2024

Joe Hart se jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun

Aqra wkoll

Il-goalkeeper ta’ Celtic Joe Hart se jkun qed jirtira fl-aħħar ta’ dan l-istaġun. L-eks goalkeeper tat-tim nazzjonali Ingliż u ta’ Manchester City se jagħlaq 37 sena meta l-kuntratt ta’ tliet snin jiskadilu mat-tim Skoċċiż.

Hart iddebutta ma’ Shrewsbury Town f’April 2004 u lagħab 75 darba mat-tim nazzjonali Ingliż.

F’kumment li ta ma’ stazzjon Skoċċiż, Hart qal li wasal iż-żmien li jdendel iż-żarbun tal-futbol darba għal dejjem u għalkemm dan il-mument hu wieħed iebes, kull bidu fih it-tmiem.

Ekonomija

Sport