Adriano Galliani ġie uffiċjalment innominat bħala kandidat għall-presidenza tal-Federazzjoni Taljana tal-Football (FIGC), wara li kiseb l-appoġġ tal-Assoċjazzjoni Taljana tal-Player (AIC) u dik tal-Coaches (AIAC). B’hekk, huwa se jisfida lil Giovanni Malagò fl-elezzjoni tal-14 ta’ Diċembru.
Iż-żewġ assoċjazzjonijiet ikkonfermaw li ġabru l-firem kollha meħtieġa biex jippreżentaw il-kandidatura tal-eks direttur ta’ Milan u Monza. Huma enfasizzaw l-esperjenza, ir-riżultati u l-kontribut tiegħu fil-footballTaljan, filwaqt li sostnew li huwa lest imexxi riformi meħtieġa fil-federazzjoni.
Min-naħa l-oħra, Malagò għandu l-appoġġ ta’ 11-il club tas-Serie A. Fost dawk li kkonfermaw l-appoġġ tagħhom hemm il-president ta’ Torino, Urbano Cairo, filwaqt li l-president ta’ Milan, Gerry Cardinale, kien ukoll involut fid-diskussjonijiet dwar il-kandidaturi.
L-elezzjoni mistennija tkun konfront bejn żewġ figuri b’esperjenza kbira fl-isport Taljan




